Il-Park tal-familja jintlaqa’ tajjeb

Wara li nhar il-Ħadd kien inawgurat il-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn, mijiet ta’ familji qed iżuru dan il-Park.

Il-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn qed jiftaħ il-bibien tiegħu kuljum mis-6.30am sal-11.00 ta’ filgħaxija.

Matul din l-ewwel ġimgħa tal-ftuħ tal-Park qed jitellgħu bosta attivitajiet, kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar fiż-żoni differenti tal-Park.

Dan il-park hu mifrux fuq art kbira 85,000 metru kwadru.