Il-parcels qed idumu ma jaslu? Hemm raġuni!

Hekk kif ix-xiri minn fuq l-internet qiegħed dejjem jiżdied, id-Dipartiment tad-Dwana żdiedlu mhux ftit ix-xogħol tiegħu. Iżda kultant, pakkett li kellu jasal fi ftit jiem, idum saħansitra ġimgħat. Dan għalxiex jiġri? Dejjem it-tort tad-dwana u tal-kurrier, jew għandek xi rwol inti? 
Id-Dipartiment tad-Dwana jispjega l-proċess: 
1. Jekk l-oġġett ikun ġej minn pajjiżi terzi, jiġifieri minn stati mhux membri tal-Unjoni Ewropea, id-dwana jkollha tiċċejka l-oġġetti wieħed, wieħed. B’hekk, qabel tordna, żomm f’moħħok minn liema pajjiż ġej il-prodott. 
2. Hija responsabbiltà tal-konsumatur (tiegħek) li jkollok id-dokumenti meħtieġa biex turi prova li inti xtrajt dan l-oġġett speċifiku, mingħand min u mil-liema pajjiż. 
3. F’ċirkostanzi meta l-oġġett ikun ġej minn pajjiż stat membru fl-UE u għandu miegħu d-dokumenti meħtieġa kollha, dan idum għand id-Dwana 10 minuti biss. 

Għalhekk, biex tevita kwalunkwe dewmien importanti li tiżgura li l-oġġett mixtri jiġi bid-dokumenti korretti u jikkonforma mar-regolamenti nazzjonali u tal-UE.