L-istilla paralimpika Ade Adepitan ta’ 47 sena laqa’ l-ewwel iben li qatt kellu flimkien mal-mara tiegħu Linda Harrison.
L-eks-plejer tal-basketball fuq is-siġġu tar-roti, li huwa wkoll preżentatur sportiv fuq it-televiżjoni Ingliża, qasam l-aħbar fuq Twitter aktar kmieni din il-ġimgħa. Huwa kiteb: “Lanqas irrid nemmen! Għax sirt missier għall-ewwel darba. Tant rispett għal marti u issa għandna tifel sabiħ!”
L-aħbar ġiet f’daqqa waħda hekk kif madwar ġimagħtejn ilu Linda, li ħadet l-isem fl-arti ta’ Elle Exxe, kienet uriet stampa tagħha tqila fejn ħabbret li kellha twelled f’Jannar.
Fan tiegħu fuq tweet kiteb: "Prosit lilek u lil martek. Nispera li ibnek jiret dinja aħjar milli qed nagħtuh.”
Ieħor kiteb: "Din hija aħbar sabiħa. Prosit kbira lilek u lil Linda. Merħba u nilqgħu fid-dinja lit-tarbija.”