Il-pappagall mill-film Rio sar estint

Tiftakruh il-pappagall jismu Blu mill-film Rio? Dan il-pappagall makaw blu ħaseb li kien l-aħħar mill-ispeċi tiegħu, u mid-dehra, il-biża’ tiegħu sar realtà hekk kif tħabbar li l-pappagalli makaw blu li ġew iddikjarati f’periklu li jiġu estinti 7 snin ilu, issa fil-fatt ġew estinti.
Dan l-għasfur Brażiljan m’għadu jeżisti mkien fid-dinja skont BirdLife International. L-istudju sab li l-uniċi ftit għasafar li fadal minnu huma miżmuma min-nies u ma jgħixux fil-libertà.

BirdLife International qalet li dan il-pappagall sar estint minħabba l-ħruq tal-foresti u n-nuqqas ta’ ambjent għalihom. Il-pappagall, fil-fatt, ma tantx kien jaddatta għal ambjenti differenti, u kien joqgħod viċin speċi dominanti.

7 speċi oħra ta’ annimali ġew iddikjarati estinti mill-BirdLife International, b’5 minnhom mill-Amerka t’Isfel.