Il-Papa xorta se jmur l-Eġittu

Il-Vatikan ikkonferma li l-Papa Franġisku xorta waħda se jżur l-Eġittu aktar tard dan ix-xahar minkejja l-biża’ għas-sigurta’ tiegħu wara l-attakk terroristiku mdemmi fuq knejjes tal-insara nhar Ħadd il-Palm.
L-Arċisqof Giovanni Becciu diplomatiku ewlieni  fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan qal li l-Papa se jibqa’ mal-pjan li jżur l-Eġittu bejn it-28 u d-29 ta’ dan ix-xahar fejn misenni jindirizza Konferenza dwar il-Paċi fl-universita’ famuża ta’ Al-Azhar.
Id-Diplomatiku qal li dak li seħħ fl-Eġittu ħoloq konfużjoni u tbagħtija kbira iżda ma għandux ifixkel il-missjoni tal-Papa favur il-paċi.  Bla ma jistaħba mir-realta’, il-Papa jistedinna biex inħarsu lejn il-futur b’fiduċja u bħal dejjem hu jrid ikun ta’ eżempju.
L-attakki fuq żewġ knejjes tal-Kopti f’Ħadd il-Palm ħallew 44 pesuna mejta u oħrajn feruti u kienu vendikati mill-grupp Deash  tal-ISIS. F’wieħed minn dawn l-attakki, l-Isqof tal-Kopti li kien preżenti fil-Knisja, irnexxielu jeħlisha ħafif.
L-Arċisqof Becciu qal li d-djalogu mad-dinja Islamika hu mezz kif ikunu iżolati l-estremisti u l-Papa jiddistingwi bejn atti ta’ terroriżmu u t-twemmin Musulman u dan qed jiksiblu r-rispett tal-mexxejja Għarab.  Il-pożizzjonijiet ċari li jieħu l-Papa rebbħulu l-gratitudni tal-Misilmin u ħafna awtoritajiet Islamiċi ltaqgħu miegħu biex jirringrazzjawh filwaqt li oħrajn kitbulu bies jesprimu l-ammirazzjoni tagħhom għall-awtorita’ morali tiegħu.
Fl-imgħoddi, l-Papa Franġisku ivjaġġja lejn postijiet fejn kien hemm il-periklu, fosthom fl-Afrika Ċentrali fl-eqqel tal-gwerra ċivili.  Din id-darba, il-Vatikan kien assigurat mill-Eġittu li l-vjaġġ għandu jkun wieħed trankwill u bla tfixkil.  Il-postijiet tal-laqgħat tal-Papa se jsiru f’postijiet taħt sigurta’ stretta u l-quddiesa se ssir fi stadju maagħluq u mgħasses u għaliha mistennija jattendu madwar 30,000 kattoliku.