Titkellem omm it-tarbija kkundannata għall-mewt

Omm it-tarbija kkundannata għall-mewt fl-Ingilterra qalet li l-interventi tal-Papa Franġisku u tal-President Amerikan huma l-ikbar għajnuna biex iżommu ħajja lit-tarbija ta’ ħdax-il xahar.
Connie Yates, omm Charlie Gard li għandu marda rari, qalet li filwaqt li l-probabbiltà hi żgħira, Charlie għandu “ċans ikun aħjar”.
Spjegat li kieku binha jinsab muġugħ, hi ma tkunx kapaċi tpoġġi u tarah ibati. Qalet li t-tifel għadu xorta qed igawdi s-sabiħ tal-ħajja u jieħu gost jitgħarrax.
L-omm tkellmet hekk kif il-każ se jerġa’ jidħol il-qorti dwar jekk jistax jittieħed l-Istati Uniti biex jingħata trattament esperimentali, li l-ġenituri jemmnu li jista’ jsalvalu ħajtu.