Il-Papa u l-Arċisqof f’kelma bejn tnejn

Read in English.

Il-Papa Franġisku u l-Arċisqof Charles Scicluna maqbuda minn fotografu waqt kelma bejn tnejn x’aktarx fil-Bażilika ta’ San Nikola f’Bari l-Italja. L-Arċisqof kien qed jieħu sehem f’laqgħa tal-isqfijiet tal-pajjiżi tal-Mediterran. Il-Papa qaddes u għamel l-omelija nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Papa sab ħin biex jitkellem mal-Arċisqof ras imb ras. Newsbook.com.mt mhux infurmat bil-kontenut tal-laqgħa iżda mgħarraf li kien il-Papa li talab lill-Arċisqof biex jinqatgħu mill-bqija tal-isqfijiet biex jitkellem miegħu fuq xi ħaġa importanti.

Din mhix l-ewwel darba li ttieħdu ritratti tal-Arċisqof mal-Papa. Newsbook.com.mt kien ippubblika ritratt tal-Arċisqof fil-lift mal-Papa waqt waħda mill-pawżiet tul laqgħa għall-isqfijiet fil-Vatikan.