Il-Papa stieden priġunieri għall-ikel iżda dawn ħarbu

B’mod regolari il-Papa Franġisku meta jagħmel xi vjaġġ jew jieħu sehem f’xi attivita’. Fost dawn wieħed jiftakar meta f’Ħamis ix-Xirka kien ħasel riġlejn numru ta’ priġunieri u meta sl-sena li għaddiet fil-Vatikan iċċelebra quddies tal-Ġublew għall-priġunieri.  Dan l-aħħar, żewġ priġunieri li kienu jistiedna għal laqgħa mal-Papa ipprofittaw ruħhom u ħarbu.
Dan l-inċident seħħ f’Bologna fl-1 ta’ dan ix-xahar.  Fil-programm il-Papa kellu skedat li jieħol ma’ 20 priġunier li kienu ġejjin minn ċentru għar-riabilitazzjoni mid-droga flimkien ma’ xi refuġjati u foqra tal-lokal.  Din kellha tkun “Ikla ta’Solidarjeta” u kellha ssir fil-bażilika dedikata lil San Petronio.
Minflok, tnejn mill-priġunieri, warrbu l-istedina li kellhom għax ħasbu li sabu opportunita tajba ħafna biex jaħarbu.
Il-ġurnal Taljan “Resto del Carlino” li hu publikat f’Bologna iż-żewġ priġunieri ħarbu f’dik is-siegħa li kellhom permess biex joħorġu mill-ħabs.  Mhux magħruf eżatt jekk fil-fatt laħqux kielu xi ħaġa qabel ħarbu. S’issa, iż-żewġ priġunieri li mhux l-ewwel darba li rnexxielhom jaħarbu mill-faċilita’ għadhom ma nstabux.