Il-Papa se jżur l-Eġittu

Fil-jiem li ġejjin il-Papa Franġisku se jżur l-Eġittu.
Fil-qalba tal-Vjaġġ Appostoliku bejn it-28 u d-29 t'April il-Papa Franġisku se jiltaqa' mal-awtoritajiet ċivili u reliġjużi tal-pajjiżi.
Dan il-vjaġġ li se jtul 27 siegħa huwa meqjus bħala importanti minħabba l-qasam interreliġjuż u ekumeniku.
Fil-programm uffiċjali taż-żjara, il-Vatikan qal li l-Papa se jagħti erba’ diskorsi u omelija.
Il-Papa Franġisku se jħalli l-ajruport ta’ Ruma fl-10:45am u jasal Kajr fis-2pm.
Kif jasal se jżur lill-President tar-Repubblka Abd al-Fattah al-Sisi.  
Wara huwa se jiltaqa’ mal-Imam Ahmed el-Tayeb.
Il-Papa kien diġà ltaqa’ miegħu fil-Vatikan is-sena l-oħra fejn kienu saħħew ir-relazzjonijiet bejn l-Università tas-Sunni tal-Al-Azhar u l-Vatikan.
Wara huwa se jiltaqa’ mal-awtoritajiet u mal-Patrijarka tal-Knisja tal-Ortodossi Kopti.
L-għada s-Sibt, il-Papa jibda l-ġurnata tiegħu b’quddiesa fl-10am.
Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà għadu ma tħabbarx fejn se jqaddes. Madankollu xi jiem ilu l-Arċisqof tal-Insara Kopti qal li aktarx se ssir f’wieħed mill-istadiums f’Kajr.
Wara l-Papa se jiltaqa’ mal-Isqfijiet, il-qassisin u r-reliġjużi.
Fil-5pm il-Papa jerħilha lura għall-Vatikan.
Tagħrif fuq l-Eġittu
L-Eġittu jinkosisti fi ftit aktar minn miljun kilometru u fi ftit inqas minn 89 miljun persuna.
Minn 89 miljun persuna, 272,000 huma Kattoliċi.
F’territorju ta’ miljun kilometru wieħed isib 213-il parroċċa u 74 ċentri pastorali.
Fl-Eġittu wieħed isib 16-il Isqof, 250 saċerdot u 244 reliġjużi.
Filwaqt li hemm 101 seminaristi, tliet djakni permanenti u 139 katekisti.
Statistika turi li għal kull saċerdot hemm 550 kattoliku.
15-il sptar u seba’ skejjel huma mmexxija mill-Knisja .