​ Il-Papa se jżur is-Sri Lanka u l-Filippini f’Jannar

Is-Sala Stampa tal-Vatikan illum ħabbret li l-Papa Franġisku aċċetta l-istedina li jagħmel żjara Appostolika fis-Sri Lanka u l-Filippini f’Jannar li ġej.
Il-Papa Franġisku aċċetta l-istedina li saritlu mill-awtoritajiet ċivili u mill-Isqfijiet.
Huwa se jkun qed iżur is-Sri Lanka mit-12 sal-15 ta’ Jannar u l-Filippini bejn il-15 u d-19 ta’ Jannar.