Il-Papa se jżur il-Korea f’Awwissu għal Jum iż-Żgħażagħ

Il-Vatikan ħabbar li l-Papa Franġisku mistenni jżur il-Korea t'Isfel bejn l-14 u t-18 t’Awwissu.
Il-Papa se jattendi għas-Sitt Jum taż-Żgħażagħ fl-Asja li se jsir fid-djoċesi ta’ Daejeon.
Il-Papa Franġisku se jagħmel din iż-żjara wara laqa’ l-istedina tal-President tal-Korea u tal-isqfijiet Koreani.

Din se tkun l-ewwel darba f’25 sena li Papa jżur il-Korea. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien żar il-Korea f’1989, u kien ikkanonizza 103 martri Koreani fil-vjaġġ tal-1984.
Il-Papa Benedittu XVI kien għamel żjara qasira fil-kontinent Asjatiku meta żar it-Turkija fl-2006.