Il-Papa se jsib fidi tbaqbaq fil-Peru u ċ-Ċile

Il-Kardinal Juan Luis Cipriani tal-Peru qal li meta jżur iċ-Ċile u l-Peru ix-xahar id-dieħel, il-Papa Franġisku se jsib fidi tbaqbaq fiż-żewġ pajjiżi fejn teżisti espressjoni qawwija ta’ reliġjożita popolari.
Il-Kardinal kien f’Ruma għal laqgħa mal-Papa qabel dan il-vjaġġ fejn infurmah fuq is-sitwazzjoni fiż-żewġ pajjiżi li se jżur kemm mill-aspett politiku u soċjali kif ukoll mill-aspett reliġjuż.
Il-Kardinal qal li fl-Amerika Latina u partikolarment fil-Peru hemm kultura Kristjana b’saħħitha fejn i l-valur tradizzjonali dwar iż-żwieġ u l-familja huma miżmuma bżgħozza kbira.  Il-Peru hu pajjiż Kattoliku u filwaqt li l-forom tradizzjonali taż-żwieġ u l-ħajja tal-familja huma mhedda mill-ideoloġiji sekulari li jiddominaw ħafna pajjiżi, id-difiża għaż-żwieġ hi qawwija ħafna.
Il-pajjiż għandu wkoll valuri tradizzjonali fejn jidħol l-abort fejn madwar 89% tal-popolazzjoni huma favur u jiddefendu l-ħajja.  Fid-dawl ta’ dan, il-Kardinal Cipriani qal li jħoss li ż-żjara tal-Papa se tagħti opportunita’ lid-dinja biex tħares lejn l-Amerika Latina u titgħallem mill-eżempji ta’ fidi li joffri dan il-kontinent.
Il-Kardinal qal li l-fidi fil-Peru hi espressa f’diversi forom bħalma huma l-proċessjonijiet, it-talb fil-pubbliku u l-velji ta’ talb. Fost dawn l-akbar manifestazzjonijiet huma l-Purċizzjoni ta’ Corpus Christi u dik ta’ Kristu tal-Mirakli.
Il-Papa se jara xi l-espressjoni reliġjuża kull fejn se jżur għax din hi parti mid-DNA kulturali tal-Peru.  It-tema taż-żjara hi “Nittamaw Flimkien u mistennija tkompli tgħaqqad il-Konferenza Episkopali Peruvjana li xi drabi, minħabba r-realtajiet differenti li jaħdmu fihom, mhux dejjem ikunu fuq l-istess linja ta’ ħsieb. Ir-realta li l-Isqfijiet jiffaċċjaw fuq il-muntanji, fil-ġungla jew f’postijiet qrib il-baħar hi ferm differenti u allura mhux faċli li ġġib 50 Isqof jaqblu f’kollox.
Fil-Peru hemm djoċesijiet li għandhom 100,000 abitant filwaqt li oħrajn, bħall-kapitali Lima għandhom 10 miljun abitant.  Hemm inħawi li uma żviluppati u oħrajn fejn in-nies jgħixu f’faqar kbir.
Tema importanti oħra tal-vjaġġ tal-Papa fil-Peru huma l-Qaddisin tal-Peru.  Fost l-aktar popolari hemm Santa Rosa ta’ Lima, San Martin de Porres u Toribio de Mogroviejo. Skont il-Kardinal l-aktar għal qalb il-Papa hu Martin de Porres.