Il-Papa se jiltaqa’ ma’ vittmi t’abbuż sesswali fl-Irlanda

REUTERS/Clodagh Kilcoyne

Il-Papa Franġisku se jiltaqa’ mal-vittmi t’abbuż sesswali mill-kleru waqt żjara fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa, skont il-Vatikan nhar it-Tlieta.

Il-kelliem Greg Burke tkellem mal-ġurnalisti f’Awwissu li għadda u qal li l-laqgħa mhix se titħabbar sakemm isseħħ, u li l-vittmi mhumiex obbligati li jitkellmu wara.

Din hija proċedura normali għal-laqgħat tal-Papa ma’ vittmi t’abbuż sesswali mill-kleru barra mill-Vatikan f’Ruma. 

L-għan ewlieni ta’ dan il-vjaġġ lejn l-Irlanda hu li jagħlaq ġabra Kattolika internazzjonali ta’ ġimgħa sħiħa dwar it-tema tal-familja li ssir kull tliet snin fi bliet differenti.

Burke qal li l-vjaġġ se jibqa’ ffokat fuq il-familja imma li l-Papa se jkollu ħafna opportunitajiet biex jitkellem dwar l-abbuż sesswali waqt li qiegħed l-Irlanda, wieħed minn bosta pajjiżi li għadu taħt xokk wara l-iskandli t’abbuż li għamlu ħsara lill-prestiġju u l-kredibilità tal-Knisja.

Nhar it-Tnejn, il-Papa kiteb ittra bla preċedent lill-Kattoliċi kollha, u talab lil kull wieħed minnhom biex jgħinu biex tingħalaq “din il-kultura tal-mewt” u jwiegħed aktar trasparenza fil-futur tal-Knisja.