Il-Papa se jiltaqa’ ma’ mexxejja tal-Knisja Amerikana minħabba akkużi kontrih

Isqfijiet Arġentina Spanja Peru Papa Frangisku
Arkivji

Il-Papa Franġisku se jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti li jridu jiddiskutu l-futur wara l-iskandlu bl-involviment ta’ eks Kardinal Amerikan u appell minn Arċisqof biex il-Papa jirreżenja.

Il-Kardinal Daniel DiNardo, il-President tal-Confernza tal-Isqfijiet Kattoliċi fl-Istati Uniti (USCCB) talab għal-laqgħa wara li l-Arċisqof Carlo Maria Vigano x-xahar li għadda akkuża lil Papa li kien ilu s-snin jaf bl-abbuż sesswali li sar mill-eks Kardinal Theodore McCarrick u li ma għamel xejn dwar dan.

Fi stqarrija, il-Vatikan qal li l-Papa kien se jiltaqa’ ma’ DiNardo, il-Kardinal Sean Patrick O’Malley ta’ Boston, u żewġ uffiċċjali tal-USCCB.

Tista’ taqra rapport dettaljat minn hawn.