Il-Papa se jiftaħ dormitorju għal dawk mingħajr dar

Fiċ-ċentru ta’ Ruma, qrib ħafna tal-belt tal-Vatikan, għaddej xogħol f’binja antika li, skont l-ANSA, se tinbidel f’dormitorju għal dawk mingħajr dar.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana, id-dormitorju se jkollu madwar 30 sodda għal dawk li m’għandhomx fejn jorqdu u tinsab fl-inħawi ta’ Borgo Santo Spirito, passi ’l bogħod mill-Bażilika ta’ San Pietru u l-kolonnad, fejn ftit xhur ilu, il-Papa Franġisku fetaħ xawers għal dawk mingħajr saqaf fuq rashom