Il-Papa se jerġa’ jibda jkollu udjenza ġenerali mit-2 ta’ Settembru

Audience Pope

Read in English.

Il-Papa Franġisku se jerġa’ jibda jkollu udjenza mit-2 ta’ Settembru wara waqfa ta’ kważi sitt xhur minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Illum tħabbar li l-udjenza ġenerali tal-Papa se tkompli mill-ġdid nhar l-Erbgħa li ġej fil-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ San Damaso. Dan wara li ttieħed parir tal-awtoritajiet tas-saħħa biex titrażżan l-imxija tal-coronavirus.

Fl-udjenza ġenerali, il-Papa jagħmel diskors b’lingwi differenti fuq xi tema partikolari quddiem udjenza.

Normalment, l-udjenza ġenerali ssir jew fi Pjazza San Pietru jew fis-Sala Pawlu VI, imma meta faqqgħet il-pandemija f’Marzu li għadda, il-Papa beda jkollu dawn l-udjenzi fil-librerija tal-Palazz Appostoliku minflok, iżda mingħajr aċċess għall-pubbliku. Is-serati kienu jixxandru live online.

L-udjenza ġenerali issa se ssir fid-9.30am u se tkun miftuħa għal kulħadd, mingħajr il-ħtieġa ta’ biljetti. Min irid jattendi, iżda, irid ikun hemm fis-7.30am.