Il-Papa qed ilesti għall-Eurovision 2016

Papa Franġisku għal darb’ oħra kiser il-protokoll papali u ħa selfie mal-kantanta Francesca Michielin li se tirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Dan ġara meta l-kantanta, flimkien ma’ bosta kantanti oħra, kienet qed tieħu sehem fil-ġublew tat-tfal u l-adolexxenti li sar ilbieraħ fl-Italja.
Quddiem sebgħin elf ruħ miġbura u quddiem il-Papa Franġisku il-kantanta kantat ukoll il-kanzunetta Nessun grado di separazione li biha se tirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision ftit tal-jiem oħra.
Din ma kinitx l-ewwel darba li Michielin iltaqagħat mal-Papa.
Fl-2014 il-kantanta diġa kellha l-opportunita li tkanta quddiem Papa Franġisku.
Minkejja li ma kinitx l-ewwel darba għaliha, meta xerrdet is-selfie li ħadet mal-Papa kellha biss kumment wieħed: Dan hu jum li m’jien se ninsa qatt. Grazzi missier.