Il-Papa mistenni jippublika dokument li jista’ jwassal biex il-konklavi jibdew qabel

Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Kelliem għall-Vatikan Padre Federico Lombardi tkellem dwar il-possibiltà li jiġi ppublikat dokument Motu Proprio qabel il-Konklavi biex jinħatar Papa ġdid.

F’dan id-dokument jista’ jkun li l-Papa jitfa’ dawl fuq meta se jibda jsir il-konklavi.

Kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo, Father Hector Scerri spjega aħjar it-tifsira ta’ Motu Proprio, u x’sinnifikat se jkollu dan id-dokument partikolari. Father Hector huwa l-Kap tad-Dipartiment tad-Dogma fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.