Il-Papa jwissi kontra konfużjoni bejn il-familja li jrid Alla u unjoni oħra

Il-Papa Franġisku nsista li m’għandux ikun hemm konfużjoni bejn il-familja li jrid Alla u kull tip ieħor ta’ unjoni.
Fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Franġisku qal dan hu u jilqa’ lill-membri tat-Tribunal tar-Rota Rumana f’udjenza privata.
Il-Papa tkellem fuq il-ħtieġa tal-ħarsien tal-familja hekk kif fl-Italja għaddejja d-diskussjoni dwar l-unjoni ċivili.
l-Papa nsista li l-istess Sinodu, li sar fuq sentejn, wasal għall-konklużjoni li jtenni li l-familja, mibnija fuq żwieġ għal dejjem, li jgħaqqad u li hu miftuħ għall-ulied, hu dak li jrid Alla u li trid il-Knisja biex titħares l-umanità.