Il-Papa jwaqqaf tribunal għall-każijiet ta’ abbuż sesswali

Il-Papa Franġisku approva l-ħolqien ta’ tribunal biex jisma’ każijiet ta’ Isqfijiet li jkunu akkużati li għattew abbuż ta’ tfal minn saċerdoti jew talli ma jkunx irnexxielhom jipprevjenu l-abbuż.
It-tribunal se jkun taħt ir-responsabiltà tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, u twaqqaf wara suġġeriment minn grupp imwaqqaf apposta fl-2013 biex jipproponi t-triq ’il quddiem f’dan il-qasam delikat.
It-tribunal se jkollu wkoll is-setgħa jagħti pieni.