Mumenti sbieħ miż-żjara tal-Eminenza tiegħu l-Kardinal Mario Grech fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin.
Posted by Malta Correctional Services Agency on Saturday, December 12, 2020
Il-Kardinal Mario Grech qal lill-priġunieri li l-Papa jaħseb fihom u u saħansitra bagħtilhom it-tislijiet tiegħu.
Hu qal hekk waqt żjara lill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, waħda mill-ewwel żjarat tiegħu wara li nħatar f’dan l-irwol mill-Papa. Hu kkonċelebra quddiesa fil-kappella.
Il-Papa ħatar lilu u 12 oħra bħala Kardinali
Filmat: L-Isqof Mario Grech jinħatar Kardinal
Il-Kardinal kellu l-ħin jitkellem mal-ħaddiema tal-faċilità u kellu wkoll messaġġ għall-priġunieri.
Il-Ministru għall-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li f’din iż-żjara l-Kardinal Grech seta’ jara xogħol importanti li qed isir għar-riabilitazzjoni tal-priġunieri liema xogħol irid ikompli jissaħħaħ fiż-żmien li ġej.