Il-Papa jsejjaħ Konċistorju dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

L-għada li jintemm is-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet, jiġifieri nhar it-Tnejn 20 t’Ottubru, il-Kardinali kollha se jieħdu sehem f’Konċistorju msejjaħ mill-Papa Franġisku biex jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.
Fil-Konċistorju mistennija jieħdu sehem il-Kardinali kollha li jkunu għadhom Ruma u l-Patrijarjki tal-Lvant Nofsani.
It-tema se tkun il-vjolenza u l-gwerra li għaddejja bħalissa fir-reġjun u d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom l-Insara hemmhekk, b’mod partikolari dawk li qed ibatu minn attakki kontinwi mill-militanti tal-Istat Iżlamiku.