Il-Papa jneħħi 2 kardinali akkużati bi skandli ta’ abbużi sesswali

Isqfijiet Arġentina Spanja Peru Papa Frangisku
Arkivji

Il-Papa Franġisku neħħa żewġ kardinali mill-grupp ta’ konsulenti tiegħu wara li dawn intlaqtu minn skandli ta’ abbużi sesswali, inkluż il-Ministru għall-Ekonomija tiegħu George Pell mill-Awstralja.

Pell ħa leave indefinit minn xogħlu bħala l-kap tas-Segretarjat għall-Ekonomija, li hija waħda mill-aktar pożizzjonijiet b’saħħithom fil-Vatikan. Dan sabiex jiddefendi lilu nniffsu waqt prosekuzzjoni għal abbużi sesswali fuq minorenni fl-Awtralja.

Membru li tneħħa mill-grupp ta’ disa’ kardinali li jiltaqgħu perjodikament mal-Papa f’Ruma huwa Francisco Javier Errázuriz miċ-Ċilì. Errázuriz għandu 85 u kien għamel żmien iservi bħala Arċisqof ta’ Santiago. Hu qed jiġi akkużat li ħeba abbużi u giddeb lil vittmi, filwaqt li rrifjuta li jinvestiga l-każijiet tagħhom. Hu qed jgħid li mhux ħati ta’ dawn l-akkużi.

L-iskandlu tal-abbużi sesswali fiċ-Ċilì kienu wasslu sabiex 34 isqof joffru r-riżenja tagħhom. Il-Papa s’issa aċċetta seba’ minn dawn.

Il-Kardinal l-ieħor li tneħħa huwa Laurent Monsengwo Pasinya li għandu 79 sena u li ġew mill-Kongo.

Kelliem għall-Vatikan qal li s-sitt membri li fadal, li ġejjin mill-Italja, l-Honduras, l-Istati Uniti u l-Indja se jkomplu jservu bħala konsulenti tal-Papa.