Il-Papa jmexxi quddiesa fil-belt Filippina li nqerdet mit-tifun Haiyan

Il-Papa Franġisku mexxa quddiesa fl-apert fil-belt Filippina ta’ Tacloban, li kienet intlaqtet mit-tifun Haiyan ftit iktar minn sena ilu. 
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni attendew għal din il-Quddiesa minkejja x-xita u l-irwiefen qawwija. Il-Papa qal li malli ra l-istraġi li ħalla warajh dan it-tifun, iddeċieda li jrid iżur il-Filippini.
Wara l-Quddiesa, huwa ltaqa’ wkoll ma’ uħud minn dawk li salvaw minn dan it-tifun.
Fil-Filippini hemm madwar 80 miljun Kattoliku.
It-tifun Haiyan kien laqat lill-Filippini fit-8 ta’ Novembru 2013 fejn 90% tal-belt ta’ Tacloban inqerdet meta t-tifun kaxkar dak kollu li sab quddiemu.
Iktar tard illum il-Papa Franġisku mistenni jżur il-belt ta’ Palo.