Aġġornata bl-awdjo: Il-Papa jkompli jappella għat-talb sabiex jieqaf il-ġlied fis-Sirja

Waqt ir-reċita tal-Angelus il-Papa awgura l-festa t-tajba ad unur it-twelid tal-Madonna anki lill-Knisja Ortodossa.

Il-Papa rringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fil-velja ta’ talb tas-Sibt filgħaxija bl-interċezzjoni tal-Madonna. Kien hawn li talab għal Madonna bħala Reġina tal-Paċi.  

Il-Papa kompla jidwi l-appell tiegħu dwar il-bżonn li jibqa’ għaddej it-talb biex jieqaf il-ġlied fis-Sirja. Huwa talab ukoll għal pajjiżi oħra fil-Lvant Nofsani fosthom il-Libanu u l-Eġittu. Il-Papa talab ukoll għall-waqfien mill-ġlied fl-Iraq u appella għall-waqfien minnufih tal-ġlied settarju. Il-Qdusija Tiegħu sostna li t-triq għal paċi hija iebsa u għalhekk hemm bżonn li t-talb ikompli għaddej.