Il-Papa jkompli bl-iskeda imma jipposponi l-udjenza ġenerali

Il-Papa Franġisku dalgħodu qaddes quddiesa u se jkompli bil-laqgħat, iżda ppospona l-udjenza ġenerali.

Jumejn ilu, waqt il-quddiesa ta’ Ras ir-Randan, il-Papa beda jisgħol u kien daqsxejn maħnuq. Ilbieraħ ħassar xi impenji u impenji oħrajn kompliehom minn ġor-residenza tiegħu.

Illum, il-Vatikan qal illi dalgħodu l-Papa qaddes quddiesa u ltaqa’ ma’ dawk preżenti, bħas-soltu, imma ddeċieda li jipposponi l-udjenzi ġenerali, jiġifieri meta jagħmel diskors b’lingwi differenti fuq xi tema partikolari quddiem udjenza.

Il-laqgħat fl-aġenda tiegħu għandhom ikomplu minn ġo Casa Santa Marta, fejn jirrisjedi hu.