Il-Papa jitlob medjazzjoni internazzjonali għat-tensjoni bejn l-Amerka u l-Korea ta’ Fuq

Il-Papa Franġisku talab li jkun hemm medjazzjoni internazzjonali biex tonqos it-tensjoni dejjem tiżdied bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq.
F’konferenza fuq l-ajruplan fit-triqtu lura lejn Ruma mill-Eġittu, il-Papa fakkar li pajjiżi oħra, bħan-Norveġja dejjem kienu hemm biex jgħinu.
Il-Papa wissa li din it-tensjoni qed tkabbar il-possibilità ta’ “gwerra devastanti” li fiha “parti kbira mill-umanità” tista’ tkun distrutta.
Il-kummenti tal-Papa ġew ftit sigħat wara li l-Korea ta’ Fuq wettqet prova oħra b’missila li skont l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Isfel splodiet ftit wara li nqatgħet mill-art.
Intant il-President Amerikan Donald Trump akkuża lill-Korea ta’ Fuq b’nuqqas ta’ rispett lejn iċ-Ċina u l-President tal-pajjiż. Waqt żjara li l-President Xi Jinping għamel fl-Istati Uniti, Trump faħħru għall-impenn tiegħu kontra l-Korea ta’ Fuq.
Il-Korea ta’ Fuq wettqet din il-prova ftit sigħat wara li l-Kunsill għas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Magħquda ddiskuta l-programm tal-missili tal-pajjiż.