Il-Papa jitlob għall-vittmi u għal min wettaq il-massakru

Il-Papa Franġisku dalgħodu talab għall-vittmi tal-massakru fuq ir-riviżta satirika Charlie Hebdo.
Fl-omelija tiegħu waqt il-quddiesa f’Dar Satna Marta fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li dan l-attakk ifakkar fil-krudeltà li kapaċi jwettaq il-bniedem, f’atti terroristiċi li jistgħu jkunu inċidenti iżolati imma wkoll terroriżmu statali.
Il-Papa talab “għall-ħafna vittmi ta’ din il-krudeltà” u għal min wettaq dawn l-atti kiefra, biex il-Mulej imissilhom qalbhom.