Il-Papa jitlob għall-ġustizzja dwar attakk fuq il-Lhud fl-Arġentina

Mijiet ta’ persuni inġabru ħdejn iċ-ċentru kulturali Lhudi u l-Palazz tal-Ġustizzja f’Buenos Aires fl-Arġentina biex jitolbu għall-vittmi ta’ attakk bomba li seħħ 20 sena ilu, filwaqt li jappellaw biex issir ġustizzja.
F’filmat irrekordjat biex jitfakkar dan l-anniversarju, il-Papa Franġisku ddeskriva l-attakk bħala “ġennata”, talab biex issir ġustizzja u saħaq li t-tbatija tal-familjari ma tista’ tintesa qatt.  
Fl-attakk kienu mietu 85 persuna.  Dak iż-żmien, il-Papa kien l-Isqof Awżiljarju ta’ Buones Aires.
Skont il-Qorti fl-Arġentina, il-moħħ wara dan l-attakk kienu l-awtoritajiet Iranjani. Madanakollu, l-Iran jiċħad l-involviment tiegħu.
Is-sena li għaddiet, l-Iran u l-Arġentina laħqu ftehim li jwaqqfu kummissjoni biex toħroġ il-verità.