Il-Papa jista’ jħassar il-vjaġġ lejn l-Iżrael

Skont il-websajt Time of Israel, il-Papa Franġisku kien imġiegħel iħassar iż-żjara tiegħu fl-Iżrael minħabba strajk li qed jagħmlu bħalissa ħaddiema tal-Ministeru Iżraeljan għall-Affarijiet Barranin.

Iż-żjara hi ppjanata li ssir mill-24 sas-26 ta’ Mejju li ġej u kien se jżur ukoll ix-Xatt tal-Punent u l-Ġordan.  Din suppost se tkun l-ewwel żjara tiegħu fl-Art Imqaddsa bil-ħsieb li jkompli jimbotta aktar it-triq ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.

Skont il-Kelliem uffiċċjali tas-Santa Sede, Padre Federico Lombardi qal li “l-istrajk jista’ jagħmilha iktar diffiċli biex tiġi ppjanata ż-żjara tal-Papa, iżda sa issa għadu ma tħassarx il-vjaġġ.”

Sors li tkellem mal-ġurnal Time of Israel, qal li l-kanċellazzjoni tal-vjaġġ tal-Papa Franġisku, tista’ twassal għal ħsarat kbar ekonomiċi l-iktar minħabba li kienu se jmorru ħafna turisti.