Awdjo: Il-Papa jisħaq dwar il-maħfra għas-salvazzjoni tad-dinja

Waqt ir-reċita tal-Angelus, il-Papa Franġisku saħaq dwar il-bżonn li l-umanità tkun kapaċi taħfer. Huwa talab lill-miġemgħa miġbura quddiemu fi Pjazza San Pietru, biex fis-skiet taħseb fuq persuna waħda u tirrifletti biss fuq il-maħfra tagħha lejn din il-persuna.

Il-Papa stqarr li l-ferħ divin jixhed il-maħfra t’Alla lejn il-proxxmu. Fi kliemu l-Papa sostna li l-ħajja Nisranija tispjega ruħha fil-maħfra li jirreferi għaliha bħala l-forza li tista’ ssalva l-umanità mill-kankru tal-ħazin morali u spiritwali.

Fl-isfond ta’ Ġesù bħala kollu maħfra u mħabba, il-Papa jsostni li Alla huwa dejjem paċenzjuż u dejjem bil-ħerqa jistenna l-bniedem sabiex jilqgħu f’daru b’imħabbtu. Huwa b’dan il-mod li fi kliem il-Papa, Alla jesprimi l-ferħ tiegħu.

Fi ħsieb il-Papa, il-periklu jinħoloq meta l-bniedem jaħseb li jaf kollox u b’hekk tintilef is-sens tal-maħfra. B’dan il-mod, il-Papa jisħaq li l-umanità tkun qed tirriskja li tibqa’ ‘l barra mid-dar t’Alla. Il-Papa tkellem fuq il-bżonn li niċċelebraw il-ferħ fil-maħfra lejn ħaddieħor.

Il-Papa tiegħu qal li l-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu biss tista’ tfejjaq id-dnub tal-bniedem. Il-ħażin huwa makak u jilludina mis-salvazzjoni tad-dinja. Ir-referenza rikorrenti tal-Papa tkun dejjem dwar is-salvazzjoni tal-umanità li fi kliemu hija murija bil-mewt ta’ Kristu fuq is-salib u fi kliem il-Papa dan huwa l-att suprem tal-ġustizzja u tal-maħfra.