Il-Papa jirringrazzja atleti Koreani għal Messaġġ ta’ Paċi lill-Umanita’

Atleti Koreani żgħażagħ tat-Taekwando talbu għall-paċi fil-Korea fil-preżenza tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa fi Pjazza San Pietru.
Madwar 15-il persuna lebsin l-iswed u l-abjad biex jissimbliżżaw il-Korea ta’ Fuq u t-Isfel, tgħannqu flimkien ħdejn il-podium tal-Papa.  Tfajla liebsa l-abjad telqet ħamiema filwaqt li ġuvni liebes l-iswed għamel qabża akrobatiku li permezz tagħha fetaħ ‘banner’ li kien jgħid “Dinja Waħda, Taekwondo Wieħed.
Immedjatament, l-atleta kollha flimkien dahru lejn il-pubbliku bi stgrixxa twila tad-drapp bil-messaġġ: Il-Paċi hi aktar prezzjuża mit-trijonf.
Quddiem dan il-ġest il-Papa Franġisku deher xi ftit kommoss u wera l-appreżżament tiegħu biċ-ċapcip. Din iċ-ċerimonja qasira kienet organizzata mill-Federazzjoni Internazzjonali tat-Taekwondo. L-atleti Koreani għadhom kif ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa li sar ftit ġimgħat ilu fi Pyeongchang fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ Korei.
Il-Papa mbagħad ħa b’idejn dawn l-atleti żgħażagħ wieħed wieħed u rringrazzjahom: “Nirringrazzja lill-atleti Koreani għal dan il-ġest: kien mod kif juri r-rieda tagħhom għall-paċi miż-żewġ Korei flimkien.  Dan kien messaġġ ta’ paċi għall-umanita kollha. Grazzi mill-qalb”, qal il-Papa.