Il-Papa jirrifletti fuq reliġjużi li jaqdu, uħud li jinqdew

Fir-riflessjoni tiegħu ta’ kull filgħodu, fil-quddiesa f’Santa Marta fil-Vatikan, il-Papa Franġisku dalgħodu rrimarka dwar reliġjużi li jagħtu ħajjithom lejn ħaddieħor u min, minflok iservi, jisservew bil-Knisja.
Il-Papa saħaq fuq il-ħafna sabiħ ta’ diversi saċerdoti, sorijiet u reliġjużi li ilhom 30 jew 40 sena jaqdu lil ħaddieħor, fil-faqar, fi sptarijiet, jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli, b’diżabilità jew mard, u li minkejja li jagħtu ħajjithom għas-servizz ta’ ħaddieħor, ikunu bi tbissima.
Fl-istess ħin, wera d-dispjaċir tiegħu għal dawk il-membri tal-Knisja, li bħall-qaddej fil-Vanġelu, jippruvaw jinqdew bil-Knisja minflok jaqduha.
Il-Papa talab biex il-Knisja, u l-elementi fi ħdanha, tagħraf tmur lil hinn, tiċċaħħad mit-tentazzjonijiet u tgħix dak li tippriedka.