Il-Papa jirċievi lil Leonardo Di Caprio f’udjenza privata

Il-Papa rċieva, f’udjenza privata, lill-attur ċelebri Leonardo Di Caprio.
L-istilla ta’ Hollywood, li bħalissa hu nominat għall-Oscar għall-film “The Revenant”, hu attiv ferm fil-kamp tal-ħarsien ambjentali.
Il-Vatikan ikkonferma l-udjenza dalgħodu u qal li kien propju l-impenn tal-attur favur l-ambjent ir-raġuni tat-talba tiegħu għal laqgħa mal-Papa li kiteb Enċiklika dwar l-ambjent.
Leonardo Di Caprio kemm-il darba għamel interventi f’fora importanti, fosthom fl-aħħar laqgħa fil-Konferenza Cop21 tan-Nazzjonijiet Magħquda f’Pariġi u fil-Forum Ekonomiku Dinji. 
Ritratti (fuq): L'Osservatore Romano