​Il-Papa jirċievi “dinożawru” min-neputi tal-President Abela

Kienu diversi s-siti elettroniċi ta’ aħbarijiet internazzjonali li rrappurtaw bi prominenza l-aħbar li l-Papa Franġisku rċieva dinożawru tal-plastik mingħand in-neputi tal-President ta’ Malta George Abela.
Dawn ir-rapporti onlajn isemmu kif bħal kull Papa ieħor, Franġisku jirċievi kull tip ta’ rigali uffiċjali minn dawk kollha li jżuruh – fosthom plakek, ikoni reliġjużi u kotba.
Madankollu l-ġest sempliċi tan-neputi tal-President ta’ Malta Luca Manconi – li għandu tliet snin – seraq ukoll l-attenzjoni tal-midja internazzjonali.
Dan hekk fi tmiem iż-żjara privata tal-familja tiegħu mal-Papa, iċ-ċkejken Luca ippreżenta lill Papa Franġisku b’dinożawru tal-plastik.
Dawn ir-ritratti juru kif il-mezzi internazzjonali rrappurtaw din l-aħbar ħelwa.
Isemmu wkoll kif il-Papa deher ferħan jiċċajta ma’ Luca u l-kuġin tiegħu Georgia-Mae fejn ħin minnhom qabdilhom idejhom u ħadhom lejn is-siġġu tiegħu.