Il-Papa jipprietka l-għaqda lill-Kunsill Mondjali tal-Knejjes

Ecumenical
Il-Papa jindirizza l-Kunsill Mondjali tal-Knejjes

Read in English.

 

 

Il-Papa Franġisku qal lill-Kunsill Mondjali tal-Knejjes li ltaqa’ f’Ġinevra nhar il-Ħamis li għadda li t-tentattivi li saru fl-imgħoddi biex jingħelbu d-diviżjonijiet bejn il-Knejjes Kattoliċi fallew, għax kienu ispirati minn “loġika tad-dinja.” Dik hi loġika li x-xitan uża biex isaħħaħ id-diviżjoni.

“Jekk nimxu fuq it-tagħlim tal-Ispirtu s-Santu jfisser li għandna nagħżlu t-triq tal-Evanġelju u nirrifjutaw li naqtgħu fil-qasir.”

Il-Papa kien qed jindirizza lid-delegati tal-Konferenza tas-70 anniversarju tal-Kunsill Mondjali tal-Knejjes bit-tema “Pellegrinaġġ Ekumeniku: Nimxu, Nitolbu u Naħdmu Flimkien.”

“Għalina l-Insara, li nimxu flimkien mhux xi strateġija biex nespandu jew insaħħu l-poter tagħna, imma hu att ta’ ubbidjenza lejn Alla u ta’ mħabba lejn id-dinja”, qal il-Papa Franġisku.