Il-Papa jinnomina 14-il Kardinal ġdid f’Ġunju

Il-Papa Franġisku qal ilbieraħ li se jkun qed jinnomina 14-il Qassis sabiex isiru Kardinali, jiġifieri jsiru wħud mill-aktar persuni viċin tal-Papa.
Il-Papa qed jinnomina kandidati li ħadmu bis-sħiħ mal-foqra u minoritajiet. B’hekk il-Papa se jkun ħalla l-marka tiegħu fuq il-grupp inkarigati li jagħżel is-suċċessur tiegħu.
Dan qalu waqt l-omelija li jagħti kull nhar ta’ Ħadd. Hu spjega li ċ-ċerimonja se ssir fid-29 ta’ Ġunju.
Il-persuni li se jkun qed jinnomina ġejjin mill-Italja, Spanja, il-Portugal, Poland, l-Iraq, il-Pakistan, il-Ġappun, il-Madagaskar, il-Peru, il-Messiku u l-Bolivia.
Ħdax mill-14 magħżula għandhom taħt it-80 sena, jiġifieri l-età massima li wieħed jista’ jkollu sabiex jilħaq Papa.
B’hekk issa se jkun hemm 125 Kardinal, ħamsa aktar mil-limitu ta’ 120 Kardinal li kien stabilixxa l-Papa Pawlu VI.
Il-Kardinali l-ġodda huma dawn:

  • Louis Raphaël I Sako, ta’ 69 sena, Chaldean Catholic Patriarch tal-Babilonja
  • Angelo De Donatis, ta’ 64 sena, Vigarju Ġenerali ta’ Ruma
  • Joseph Coutts, ta’ 72 sena, Arċisqof ta’ Karachi
  • António dos Santos Marto, ta’ 71 sena, Isqof ta’ Leiria-Fatima
  • Pedro Barreto, ta’ 74 sena, Arċisqof ta’ Huancayo fil-Peru
  • Desiré Tsarahazana, ta’ 63 sena, Arċisqof ta’ Toamasina fil-Madagaskar
  • Giuseppe Petrocchi, ta’ 69 sena, Arċisqof ta’ L’Aquila
  • Thomas Aquinas Manyo, ta’ 69 sena, Arċisqof ta’ Osaka fil-Ġappun
  • Luis Ladaria, ta’ 74 sena, Isqof Spanjol
  • Konrad Krajewski, ta’ 54 sena, minn Poland
  • Angelo Becciu, ta’ 69 sena, Arċisqof Taljan

Ritratt: Reuters