Il-Papa mhux se jirriżenja

F’Omelija li għamel lil numru ta’ Kardinali li qaddsu miegħu fl-okkażżjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu, il-Papa Franġisku, bagħat messaġġ ċar dwar il-futur tiegħu meta qalilhom: “Jien m’hu sejjer imkien”.
Jingħad li ftit mumenti biss wara l-ħatra tiegħu, il-Papa Franġisku daħal fil-Kappella Pawlina fil-Vatikan fejn kien tlesta tron apposta biex joqgħod fuqu waqt li jidħol jitlob, iżda minflok talab liż-żewġ kardinali li kienu qed jakkumpanjawh biex joqgħodu miegħu fuq l-aħħar bank tal-kappella.
Pesuni li assistew għal din ix-xena jiddeskrivuha bħala “mument mistiku” u wara ftit mumenti jitlob fis-silenzju, il-Papa qam, u ħareġ biex isellem lill-folla miġbura fi Pjazza San Pietru.
Mons Dario Vigano, Prefett tal-Komunikazzjoni tal-Vatikan li ffilmja dan il-mument qal li “Donnu dak il-mument Alla kellem lill-Papa personalment u qallu: ‘Tinkwetax. Hawn jien migħek’”.
Fl-okkazzjoni tal-25 sena tal-episkopat tiegħu il-Papa reġa rritorna fil-Kappella Pawlina u din il-Papa, għalkemm għandu 80 sena deher mimli enerġija u fl-omelija bagħat messaġġ ċar: minkejja ż-żmien li għandi, hawn se nibqa’.
Huwa fakkar li meta Alla sejjaħ lil Abraham dan kien bejn wieħed u ieħor tal-istess eta’, lest li jirtira biex jistrieh. “Illum Alla lilna qed jgħidilna l-istess ħaġa: Qumu, Araw, Ittamaw”.  Issa mhux żmien li nagħlqu dan il-kapitlu ta’ ħajjitna. “Dawk li ma tantx jirrispettawna  jgħidu li aħna il-ġerentokrazija tal-Knisja, aħna ma aħniex ġerentokrati imma nanniet imsejjħa biex noħolmu u ngħaddu l-ħolm tagħna liż-żgħażagħ tal-lum,” sostna Papa Franġisku.
Fi tmiem il-quddiesa l-Papa dar fuq il-Kardinali li kienu qed iqaddsu miegħu u qalilhom “Aħfruli għal dnubieti, imma jekk jogħġobkom itolbu biex nippersevera”.