Il-Papa jiltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin

Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin li telgħu jservu fil-Vatikan.

Ma’ Newsbook.com.mt, Dun Frans Bonnici u Keith Tabone qalu li l-Papa ltaqa’ magħhom illum fit-Tifkira tal-Qaddis San Jean-Baptiste-Marie Vianney.

Il-Papa Franġisku ħa b’idejn l-abbatini u talab magħhom. Wara li ħadu ritratt il-Papa staqsa jekk humiex jieklu tajjeb. Abbati minnhom wieġeb, “U kif!”.

L-abbatini offrew donazzjoni għall-karità tal-Papa li magħha kien hemm oħra mingħand Kappillan.

L-ewwel grupp ta’ abbatini minn Malta li kienu telgħu biex joffru servizz liturġiku fil-Vatikan kien mar fl-1965.