Il-kardinal Malti Prospero Grech jiltaqa’ għall-aħħar darba mal-Papa Benedittu

Waqt l-aħħar laqgħa tiegħu mal-kardinali, il-Papa Benedittu iltaqa’ ukoll mal-Kardinal Malti Prospero Grech.

Kien proprju l-Papa Benedittu li fis-6 ta’ Jannar tas-sena l-oħra ħabbar li se jaħtar numru ta’ kardinali u li fosthom kien se jkun hemm il-Malti Mons. Grech.

Il-Kardinal Malti Grech mhux se jieħu sehem fil-Konklavi minħabba li għandu iktar minn 80 sena.

Waqt il-laqgħa tal-lum, minbarra l-Kulleġġ tal-Kardinali, il-Papa iltaqa’ wkoll mas-Segretarjat tal-Istat tas-Santa Sede. Fosthom kien hemm ukoll il-Malti Mons. Antoine Camilleri, li l-ġimgħa l-oħra nħatar mill-Papa bħala Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati.