Il-Papa jilqa’ lill-President tal-Iran

Fil-Belt tal-Vatikan, il-President Iranjan Hassan Rouhani talab lill-Papa Franġisku biex jitlob għalih, bil-Papa jtenni li Teheran għandha rwol importanti għall-paċi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani.
Fil-laqgħa, ġew diskussi wkoll il-ftehim dwar il-programm nukleari, it-terroriżmu u t-traffikar tal-armi, bil-Papa Franġisku jinsisti fuq l-importanza ta’ djalogu inter-reliġjuż u r-responsabiltà tal-komunità reliġjuża li taħdem favur ir-rikonċiljazzjoni, it-tolleranza u l-paċi.
Il-President Iranjan kellu laqgħat oħra mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan u ma’ uffiċjali oħra fejn ġew diskussi l-valuri spiritwali komuni u r-relazzjoni tajba bejn iż-żewġ stati.
Issemmew ukoll il-promozzjoni tad-dinjità tal-bniedem u l-libertà reliġjuża.