Il-Papa jikkundanna lil min siefer biex jevita lockdown

Read in English.

Il-Papa Franġisku kkundanna lil dawk il-persuni li siefru biex jevitaw il-lockdown minħabba l-coronavirus.

Huwa qal dan waqt il-barka tal-ġimgħa u żied li fil-gazzetti kien hemm rapporti li persuni siefru biex ifittxu attivitajiet ta’ pjaċir marbutin ma’ dawn il-festi f’pajjiżi oħra

Huwa kkundanna din l-attitudni u qal li dawn in-nies għandhom ikunu konxji ta’ dawk li qegħdin ibatu iżda minflok siefru għal pjaċir. Il-Papa qal li din l-attitudni tweġġgħu.

Huwa kien qiegħed jitkellem f’filmat fil-librerija tal-Vatikan fil-Palazz Appostoliku. Tradizzjonalment il-barka tal-Angelus kienet tingħata mit-tieqa tal-Vatikan li tagħti għall-Pjazza San Pietru iżda minħabba l-imxija tal-Covid-19 ġie deċiż li din il-barka tibda tingħata minn ġewwa l-Vatikan sabiex ikunu evitati il-mases tan-nies.

Il-Papa kompla li minkejja li ma nafux x’se toffri l-2021, l-unika ħaġa li wieħed jista’ jagħmel huwa li jieħu ħsieb ħaddieħor. “Ġieli ikun hemm it-tentazzjoni li nagħtu każ l-interessi tagħna,” saħaq il-Papa Franġisku.

Niftħu qalbna għal Alla

Matul l-Anġelus, il-Papa Franġisku qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar Ġesù fil-għar u qal li fil-Vanġelu ta’ San Ġwann jitkellem fuq Ġesù qabel ma twieled.

Huwa stieden lil dawk li jemmnu biex jilqgħu lil Alla fid-dar u fil-familji tagħhom u jaqsmu miegħu d-dgħjufija u l-biżgħat ħalli Alla jkun jista’ jibdillhom ħajjithom.