Il-Papa jikkonfiska l-assi finanzjarji tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan

Read in English.

F’liġi li daħlet il-ġimgħa għaddiet, il-Papa Franġisku kkonfiska l-assi finanzjarji u tal-propjeta immobbli tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan. Dan ġie rrapurtat fuq il-mezzi tax-xandir interazzjonali.

Din il-liġi għaddiet wara li kien hemm allegazzjonijiet u investigazzjonijiet li d-donazzjonijiet u l-investimenti ma kinux qed jiġu maqsuma sew u għalhekk dan kien qed jirriżulta f’telf ta’ miljuni ta’ ewro f’dan iż-żmien ta’ kriżi għas-Santa Sede. Dawn l-allegazzjonijiet qegħdin jiġu investigati f’investigazzjoni marbuta mal-korruzzjoni.

ABC News irrapurtaw li l-Papa Franġisku kien diġà talab it-trasferimenti f’Awwissu u f’Novembru. Huwa ħatar investigazzjoni biex dan it-tibdil jidħol fis-seħħ. Permezz ta’ din il-liġi ġdida dawn it-tibdiliet se jkunu permanenti.

Il-Papa Franġisku ħa din id-deċiżjoni iebsa fil-konfront tas-segretarjat tal-istat tiegħu u talab investigazzjoni għal madwar 18-il xahar mill-prosekuturi tal-Vatikan. Dan wara li sar investiment ta’ €350 miljun f’binja residenzjali f’Londra u fondi spekulattivi oħra.