Il-Papa jikkommemora t-tliet okkupazzjonijiet tal-Litwanja

Isqfijiet Arġentina Spanja Peru Papa Frangisku
Arkivji

Il-Papa Franġisku temm il-vista pastorali ta’ jumejn tiegħu fil-Litwanja permezz ta’ żjara fil-Mużew tal-Okkupazzjoni u l-Ġlied għall-Ħelsien fil-Kapitali Vilnius biex jikkommemora t-tliet okkupazzjonijiet tal-Litwanja.

Din is-sena l-Litwanja qed tfakkar 100 sena mill-indipendenza tagħha fl-1918. Il-Papa talab quddiem il-ħitan li “jiftakru t-tbatijiet ta’ dak iż-żmien” ta’ tant nies mil-Litwanja. Talab lill-Mulej biex iżomm idejh fuq il-Litwanja sabiex il-pajjiż isir raġġ ta’ tama u pajjiż li jiġġieled l-inġustizzja.

It-talba tal-Papa:

L-għajta tiegħek Mulej tkompli tidwi. Tidwi madwar dan il-ħitan li jiftakru t-tbatija ta’ tant ulied tal-Litwanja. Il-poplu tal-Litwanja u dawk il-popli ta’ pajjiżi oħra ħallsu għall-prezz tal-għaċċ tal-poter bil-laħam tagħhom.

Hija l-Ġimgħa l-Kbira tan-niket, tal-abbandun, u tal-krudeltà li l-poplu tal-Litwanja kellu jiffaċċja. F’dan il-post nitolbuk biex l-għajta tiegħek iżżomna attenti. Fl-għajta tiegħek insibu l-kuraġġ li nikkommettu ruħna għall-preżent u għall-futur. Nitolbu li l-għajta tiegħek tħeġġiġna biex ma naqgħux għal xi jkun popolari, għal slogans sempliċi, jew sforzi biex titneħħa d-dinjità tagħna.

Nitolbu biex il-Litwanja tkun raġġ ta’ tama. Mulej ara li ma nkunux torox għat-talba ta’ dawk li jitolbu lis-smewwiet waqt li aħna nkunu fuq din l-art.