Il-Papa jiftaħ il-ġonna ta’ Castel Gandolfo għat-turisti

Il-Papa Franġisku fetaħ il-bibien tar-residenza tiegħu f’Castel Gandolfo għat-turisti.  Mill-1 ta’ Marzu li hu possibbli żżur il-Ġnonna Barberini li minbarra sbuħija naturali għandu wkoll xogħol arkeoloġiku.

Ir-residenza pontifiċja ta’ Castel Gandolfo hi mifruxa fuq art ta’ 55 ettaru ’l barra minn Ruma.  L-artijiet ingħataw lis-Santa Sede fl-1929 anke peress li l-papiet ilhom imorru jgħixu f’din iż-żona sa mis-17-il seklu.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien juża Castel Gandolfo matul is-sajf u kien anke bena pixxina.  Benedittu XVI għażel il-Palazz biex iqatta’ l-ewwel xhur wara r-riżenja minn Papa fil-kwiet u l-paċi. 
 
Fl-aħħar sena, il-Papa Franġisku mar Castel Gandolfo tliet darbiet biss: fit-23 ta’ Marzu meta mar isellem lil Benedittu, fl-14 ta’ Lulju għall-Anġelus u fil-15 ta’ Awwissu biex iqaddes fl-okkażjoni tal-festa tal-Assunta.
Għalissa l-Papa m’għandu l-ebda intenzjoni jersaq lejn Castel Gandolfo.  Għall-jiem ta’ rtir li se jibdew nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu, il-Papa bi ħsiebu jmur f’dar tal-irtir oħra, faċċata ta’ Castel Gandolfo.