Il-Papa jibgħat messaġġ ta’ komfort lill-poplu Taljan

Il-Papa Franġisku f'waħda mil-laqgħat tas-Sinodu. (Vatican Media)

Il-Papa esprima l-viċinanza tiegħu ma’ dawk li qed isofru minħabba l-mod kif qed tinfirex il-Coronavirus fl-Italja. 

Il-Papa qal li dawn il-mumenti diffiċli huma wkoll mumenti ta’ prova fejn ukoll irridu nkunu konxji li Alla qed ikellimna. Huwa spjega li din is-sitwazzjoni perikoluża li qed jiffaċċjaw ta’ kuljum dawk li qegħdin viċin dawk li qed jiġu ikkurati b’mod partikolari dawk li jaħdmu fis-servizzi mediċi. L-isforzi tagħhom huma kbar, għax qed jagħmlu iktar milli mistenni minnhom. Ir-rieda tajba, flimkien ma’ sens ta’ responsabilita u kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, jżidu ħafna l-valur ta’ x’għandha bżonn id-dinja f’dan il-mument. 

Il-Papa rrefera wkoll għal fatt li d-dinja ġabitna f’sitwazzjoni fejn ħafna drabi iktar nħossuna komdi narmu milli nsewwu. Ispirat mit-tema tas-sena tal-volontarjat, il-Papa qal li t-tiswija u l-ħjata għanda tfakkarna wkoll fuq l-applikazzjoni tal-punti fejn meħtieġ, anke meta jkun hemm xi weġgħa u xi ġerħa. Hemm bżonn wkoll li f’dan il-mument partikolari naħsbu wkoll f’min irridu ngħinu, ma’ ndawrux wiċċna għal min għandu bżonn ħarsa ta’ attenzjoni u mħabba.