Il-Papa jibgħat lill-Isqof Baldacchino biex imexxi djoċesi fi New Mexico

Archdiocese of Miami

Read in English.

Il-Papa Franġisku llum ta’ missjoni ġdida lill-Isqof Malti Peter Baldacchino sabiex imexxi d-Djoċesi ta’ Las Cruces fl-Istat ta’ New Mexico. Skont Catholic News Agency l-Isqof Baldacchino se jkun l-ewwel isqof djoċesan assoċjat man-Neokatekumenali sabiex iservi djoċesi fl-Istati Uniti.

Baldacchino, li llum għandu 58 sena, ilu jservi bħala Isqof Awżiljarju f’Miami Florida mill-2014. Hu kien ġie ordnat saċerdot lura fl-1996 fl-Arċidjoċesi ta’ Newark.

Baldacchino twieled f’Malta f’familja ta’ erbat itfal. Hu daħal man-Neokatekumenali meta kien żgħir, iżda għall-bidu ma kienx attrattat għall-ħajja ta’ qassis. Hu studja x-xjenza u l-kimika fl-Università ta’ Malta u għamel xi żmien jaħdem f’fabbrika tal-fliexken. Imbagħad fl-1998 attenda World Youth Day fi Spanja fejn sar iktar intiż tax-xogħol Neokatekumenali.

Baldacchino serva għal aktar minn 10 snin bħala missjunarju fi gżejjer fil-Karibew, filwaqt li jitkellem ħames lingwi: il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, Creole u Spanjol.

Id-Djoċesi ta’ Las Cruces ġiet stabbilita lura fl-1982 u sservi aktar minn 236,600 Kattoliku li jagħmlu madwar 42% tal-popolazzjoni.