Il-Papa jħeġġeġ lit-tobba biex jiffukaw fuq il-kura personali

Il-Papa Franġisku jilqa' morda bil-kanċer u t-tobba li jikkurawhom

Il-bieraħ filgħodu l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ membri tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Mediċina Onkoloġika u appellalhom biex ixettlu relazzjonijiet li jwasslu biex jaqsmu bejniethom it-tagħrif mediku li jiksbu u fl-istess waqt jiffukaw fuq il-kura ta’ kull persuna personali.

Sa mill-1973 din l-Assoċjazzjoni ilha taqdi missjoni mportanti ħafna fil-qasam tas-saħħa billi tinkoraġixxi r-riċerka u taħdem biex ittejjeb id-dijanjosi u l-kura u tiżviluppa numru ta’ inizjattivi għal tobba u ħaddiema oħra fis-settur tas-saħħa fil-qasam tal-kanċer.

Billi l-Assoċjazzjoni m’għandhie skopijiet ta’ profitt, l-iskop tagħha hu li tippromwovi l-progress fil-qasam kliniku u sperimentali, f’kollaborazzjoni bejn it-tobba u speċjaliżazzjonijiet oħra.

“Intom impenjati biex tkabbru r-relazzjonijiet u tistabilixxi relazzjonijiet u kollaborazzjoni xjentifika fil-qasam tax-xjenza u s-saħħa u tinkoraġixxu l-qsim tal-informazzjoni u t-tagħrif, li spiss ikunu mfixkla mill-għira għall-protezzjoni tal-għerf”, qal il-Papa.

Il-ġid komuni

“F’dinja bħal tagħna, li spiss toffri oppożizzjoni f’kull qasam tal-koeżistenza umana, li tibni relazzjonijiet hu ferm importanti għall-ġid komuni.

“L-għażla konxja, li kultant tgħajjik, ta’ stil li jgħaqqad flok jifred, hu rappreżentat f’din l-Assoċjazzjoni tagħkom, bil-kura u r-relazzjoni li tibnu mal-morda. Il-fatt li għal din il-laqgħa, flimkien magħkom it-tobba, hawn preżenti wkoll numru ta’ pażjenti, hu xhieda hu xhieda ta’ għaqda.

“Il-Kungress Nazzjonali li naf li se jkollkom fi ftit ġimgħat oħra se jkun dedikat għall-kura individwali tal-pazjenti – l-aqwa kura għal kull pazjent, skont il-karatteristiċi bioloġiċi u kliniċi ta’ kull marid/a.

“B’hekk l-onkoloġija preċiża li intom timbuttaq ‘l quddiem, issir ukoll “onkoloġija ta’ ħniena’ għax l-isforz biex tofffru kura personalizzata turi mhux biss l-attenzjoni għall-marda imma għall-persuna marida, għall-mod kif tirreaġixxi għall-mediċini li tingħata, it-tbatija u l-informazzjoni kiefra.

“Kura onkoloġika ta’ dan it-tip tmur ‘l hinn mill-protokolli mediċi u turi impenn biex it-tekonoloġija titpoġġa għas-servizz tal-bniedem.

“It-teknoloġija ma tkunx gas-servizz tal-niedem meta tirriduċih għal oġġett, meta tagħżel bejn min jixraqlu  li jkun ikkurat u min le għax ikun kunsidrat sempliċement bħala piż u kultant anke jitwarrab.

Ewtanasja

“L-ewtanasja, li llum diġa hi legali f’diversi pajjiżi, taparsi tinkoraġixxi l-libertà personali meta fir-realtà din hi bażaa fuq viħżjoni utilitarja tal-persuna, li tara l-bniedem  żejjed u ta’ piż, jekk mill-punt mediku ma hemmx tama li jmur għall-aħjar je ma jibqx ibati.

“Għall-kuntrarju, l-impenn li wieħed jakkumpanja lill-marid u l-familja tiegħu, fil-mixja kollha tal-marda u tipproba ttaffi t-tbatija b’kura paljattiva jew tipprovdi ambjent ta’ familja f’hospice, jgħin biex tinħoloq kultura u prattiċi li jagħtu aktar attenzjoni lill-valur tal-persuna.

“Jekk minflok, wieħed jagħżel il-mewt, f’ċertu sens il-problema tkun solvuta; iżda wara dan ir-raġunament hemm ħafna mrar meta wieħed jirrifjuta li joffri għażla u minflok jaqta’ qalbu u jaqta’ kull irbit ieħor mal-ħajja u l-familja

Kultant insibu ruħna f’Kaxxa ta’ Pandora: kollox ikun magħruf, kollox hu spjegat, kollox hu solvut imma tibqa’ ħaġa waħda biss moħbija: it-tama. U din irridu nfittxuha, kif se nittraduċu t-tama, jew aħjar kif se nagħtu tama fil-każi l-aktar limitati.

“Hu hawn li s-servizz tagħkom:, żied jgħid il-Papap lit-tobba tal-kanċer, “isir ukoll xogħol ta’ sensibiliżazzjoni għax trid tħabbtu wiċċkom ma’ soċjetà li hi aljenata u ftit jimpurtaha. Intom tinsistu fuq l-importanza tal-prevenzjoni li kapaċi tnaqqas b’mod sensibbli il-periklu tal-marda tal-kanċer. L-aqwa prevenzjoni hi dik li toffri ambjent san u rispett għall-persuna umana u l-liġijiet tan-natura.

“Fl-impenn tagħkom favur il-morda, favur is-sistema tas-saħħa u favur is-soċjetà kollha kemm hi, nistedinkom biex dejjem iżżommu f’moħħkom l-eżempju ta’ Kristu, li kien l-akbar Għalliem tal-Umanità, biex tispiraw ruħkom Minnu u tagħmluh il-Kumpann fil-vjaġġ tagħkom. Il-figura tiegħu gandha tispira lill-morda u tgħinhom isibu s-saħħa biex ma jinterrompux ir-rabta ta’ mħabba u joffru t-tbatija tagħhom għal ħuthom u jżommu ġajja l-ħbiberija tagħhom ma’ Alla.

“Jalla l-figura ta’ Kristu tispira lit-tobba – li sa ċertu punt kien kollega tagħhom – tabib mibgħut mill-Missier biex ifejjaq l-umanità – biex dejjem ifittxu l-ġid tal-oħrajn u jaħdmu b’ġenerożità għal dinja aktar solidali. Jalla il-figura ta’ kristu tispira lil kull wieħed u waħda minnha biex inkunu qrib dawk li qed isofru, fosthom it-tfal u biex inpoġġu lill-marid fl-ewwel post, biex ikollna soċjetà aktar umana u r-relazzjonijiet ta’ bejnietna jkunu mibnija fuq l-imħabba u mhux fuq l-opportuniżmu”, temm jgħid il-Papa Franġisku.