Il-Papa jħeġġeġ lill-konservattivi jinfetħu għall-bidla fil-Knisja

Pope Francis leads the Angelus prayer on St Peter's Square at the Vatican, October 6, 2019. REUTERS/Remo Casilli

Il-Papa Franġisku appella lill-konservattivi biex ma jitrażżnux mill-istatus quo hekk kif fetaħ assemblea ta’ isqfijiet biex jiddiskuti l-futur tal-Knisja Kattolika fl-Amazon, inkluż il-possibilità li jiġu introdotti qassisin miżżewġa.

F’quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-ftuħ tas-Sinodu, il-Papa Franġisku ddikjara li kull forma ta’ kolonjaliżmu huwa ħażin u li xi nirien li qerdu foresti fil-Brażil fl-aħħar xhur tqabbdu minn gruppi b’interessi speċjali.

Fl-omelija tiegħu, il-Papa qal li xi mexxejja tal-Knisja kienu f’riskju li jsiru burokratiċi u mhux rgħajja u ħeġġiġhom biex isibu l-kuraġġ biex jerġgħu jqabbdu n-nar tar-rigal ta’ Alla billi jkunu miftuħa għall-bidla.

“Jekk kollox ikompli għaddej kif kien qabel, jekk inqattgħu l-ġranet kuntenti li ‘hekk kienu jsiru l-affarijiet’ imbagħad ir-rigal jisparixxi, mgħotti bit-trab tal-biża’ u t-tħassib għad-difiża tal-istatus quo.

Wieħed mill-aktar kwistjonijiet jaħarqu tas-sinodu, li qed jiġbor fih 260 parteċipant li huma fil-maġġoranza tagħhom isqfijiet mill-Amazon, huwa jekk rġiel akbar fl-età li huma miżżewġa u jkollhom familja u jkunu meqjusin fil-komunità lokali tagħhom għandhomx ikunu ordnati bħala qassisin fl-Amazon.

Din is-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qassisin, li għandha l-appoġġ ta’ ħafna isqfijiet mill-Amerka t’Isfel, tippermetti lill-Insara f’reġjuni iżolati biex jattendu l-quddies u jirċievu s-sagramenti b’mod regolari. Xi villaġġi minnhom jaraw qassis darba fis-sena.

Il-konservattivi li huma kontra din il-bidla jemmnu li tista’ tinfirex fost il-Knisja kollha fil-Punent.