Il-Papa jħeġġeġ biex tonqos l-inugwaljanza ekonomika

Il-Papa Franġisku ma’ Ministri tal-Finanzi u Ekonomisti li attendew għall-wroksjop fil-Vatikan.

Il-Papa Franġisku appella lill-arkitetti tas-sistemi finanzjarji globali biex inaqqsdu l-inugwaljanza fid-dħul billi jagħtu prijorità lill-ħtġijiet tal-foqra li qed jibqgħu lura minħabba indifferenzxa globalizzata.

Il-Ministri tal-Finnzi ta’ Franza, l-Arġentina, il-Messiku, il-Paragwaj u El Salvador, ir-Rebbiegħa tal-Premju Nobel għal-Ekonomija u d-Direttur tal-Fond Monetarju Internazzjonali, din il-ġimgħa kienu fost mexxejja internazzjonali oħra li ħadu sehem f’workshop li sar fil-Vatikan bit-tema “Forom Ġodda ta’ Solidarjetà”.

Fl-indirizz tiegħu lill-parteċipanti, l-Papa Franġisku elenka diversi perikli tal-mudelli ekonomiċi attwali kif ukoll numru ta’ suġġerimenti kif jistgħu jinbnew pontijiet bejn l-għonja u l-fqar.

In his address to participants, Pope Francis laid out several dangers lurking behind prevailing economic models, as well as several ways to build bridges between the rich and the poor.

Tikber l-inugwaljanza

“Id-dinja hi sinjura iżda n-numru tal-foqra qed jiżdied kull fejn tħares”. Il-Papa qal li mijiet ta’ miljuni ta’ nies qed jikkumbattu faqar estrem u m’għandhomx ikel, djar, kura medika, edukazzjoni, elettriku u ilma tax-xorb. Din is-sena se jmutu madwar 5 miljun tifel u tifla minħabba l-faqar.

Il-Papa żied jgħid li l-inugwaljanza fid-dħul u l-pagi qed dejjem tikber u tħalli miljui ta’ persuni vittmi ta’ xogħol furzat, prostituzzjoni u traffikar ta’ organi.

Dawn il-fatti għandhom iwassluna biex nieħdu azzjoni u mhux niddispraw. “Dawn problem li jistgħu jissolvew. Id-dinja mhix kundannata għal inugwaljanza globali”.

Il-faqar jista’ jintrebaħ jekk ikollna Sistema ekonomika li tinkludi, titma, tfejjaq u tlibbes lil dawk li waqgħu lura fis-soċjetà, insista l-Papa. “Irridu nagħżlu il-prijoritajiet tagħna. L-għażla tagħna tista’ twassal jew għal aktar inġustizzja soċjali u vjolena jew għal sistemi soċjo-ekonomiċi aktar umani”, qal Papa Franġisku.

Strutturi tad-dnub

Il-Papa kompla jispjega kif il-faqar estrem għadu jeżisti flimkien ma’ ġid kbir, tul l-isotrja tal-umanità[MS1] .

Bħalissa l-aktar 50 sinjurun għandhom bejniethom US$ 2.2 triljun (miljun għal miljun darba) u weħidhom jistgħu jiffinanzja il-kura medika u l-edukazzjoni għal kull tifel u tifla fqar li hawn fid-dinja u jsalvaw miljuni ta’ ħajjiet kull sena.

Il-Papa kkundanna maħfriet ripetuti mill-ħlas tat-taxxi lis-sinjuri u qal li dawn huma “strutturi tad-dnub”. Kull sena mijiet ta’ miljuni ta’ dollari li suppost jinġabru f’taxxi u jintużaw biex jiffinanzjaw is-saħħa u l-edukazzjoni, qed jispiċċaw f’kontijiet moħbija barra l-pajjiż.

Meta tkellem dwar is-soluzzjonijiet il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-mexxejja finanzjarji globali biex ikunu ko-responsabbli flimkien fit-tfittdxija għall-fiduċja u l-fraternità.

Banek u istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jgħinu lil persuni żvantaġġjati u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu ċertu livell ta’ żvilupp.

“Il-ħarsien soċjali, dħul bażiku, servizzi mediċi għal kulħadd u edukazzjoni universali huma “drittijiet ekonomiċi” li jiffurmaw il-bażi tas-solidarjetà umana”, qal il-Mexxej tal-Knisja Kattolika.

Fl-aħħarnett il-Papa stieden lill-parteċipanti fil-workshop biex jużaw il-pożizzjoni awtorevoli tagħhom biex iġibu ‘l quddiem l-iżvilupp ta’ min hu żvantaġġjat, ikun hemm ħelsien mid-dejn għall-pajjiżi fqar u jsiru sforzi biex jonqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima.

“Ejja niċċelebraw din l-opportunità li nagħrfu li nistgħu nipparteċipaw flimkien fil-ħidma tal-Mulej u nistgħu nibdlu l-mixja tal-istorja għall-benefiċċju u d-dinjità ta’ kull persuna, speċjalment ta’ dawk li huma esklużi”, temm jappella l-Papa.


 [MS1]